Duration 3:46

ERBA’ DEĊENJI U 21,600 SIEGĦA JTAJJAR L-AJRUPLANI

4 184 watched
0
21
Published 6 Aug 2021

ONE.COM.MT • Fis-servizz li jmiss niltaqgħu ma’ dak li sa din il-ġimgħa, kien iċ-Chief Pilot tal-Air Malta. Il-Kaptan Joe Maniscalco rtira wara karriera ta’ erba’ deċenji fil-qasam tal-avjazzjoni, li matulhom tajjar ajruplani għal aktar minn wieħed u għoxrin elf siegħa. KITBA: TRISCHIA FALZON FILMAT: C. BORG / ARKIVJI Aġġornat u preparat. Dawn huma l-ingredjenti li għandhom isawru bdot tajjeb, skont iċ-Chief Pilot tal-Air Malta l-Kaptan Joe Maniscalco, li rtira din il-ġimgħa wara erbgħin sena ta’ karriera. Il-Kaptan Maniscalco ngħaqad mal-Air Malta f’Novembru tal-elf disa’ mija u disgħa u sebgħin bħala skrivan. L-ambizzjoni tiegħu kienet li jsir inġinier, imma minflok ħajru kors ta’ tmien ġimgħat li tah stampa ċara tal-operat tal-Air Malta. Minn hemmhekk inxtegħlet il-fjamma ta’ mħabba lejn il-linja tal-ajru Maltija, li kienet ilha biss ftit snin imwaqqfa. Seba’ snin wara ġietu l-opportunità li jikseb liċenzja ta’ bdot kummerċjali u mar jistudja l-Iskozja. Tliet xhur wara li ġie lura Malta, kellu l-ewwel titjira fuq Boeing 737, u minn hemmhekk ma ħarisx lura. Liebes l-uniformi għall-aħħar darba biex għamel l-intervista ma’ ONE News, il-Kaptan irtirat qal li kull titjira li tintemm b’passiġġieri sodisfatti hija speċjali, imma mbagħad hemm dawk li spikkaw. JOE MANISCALCO KAPTAN “L-iktar mumenti naħseb sbieħ fil-karriera tiegħi meta kien hemm il-leases. Il-leases fl-aħħar u l-flights lejn il-Lvant Nofsani lejn Dubaj, dawn kienu fl-aħħar tad-disgħinijiet, għamilna żmien twil intiru lejn Dubaj, ovvjament ikun hemm il-waqfiet u tara kulturi differenti. Kellna l-leases ukoll taċ-Ċilì, fis-South America, konna ntiru lejn il-Brażil u d-Dominian Republic.” F’wieħed u għoxrin elf u sitt mitt siegħa ta’ titjiriet, jiftakar waħda f’Diċembru tal-elf disa’ mija u tmienja u tmenin ikkaratterizzata minn maltemp qawwi. JOE MANISCALCO KAPTAN “Niftakar kellna flight ġej minn Bengażi u r-riħ kien qawwi ħafna, kien forza disgħa, kollu ġej crosswind ġej mill-ġenb u niftakar kont għadni First Officer u l-Kaptan li kien hemm miegħi li llum hu rtirat, affaxxinani l-mod kif ħa ħsieb l-ajruplan u niżel, tgħallimt ħafna minn dik il-flight.” F’erba’ deċenji fis-settur tal-avjazzjoni, ra bidliet kbar. Minn sistemi elettroniċi u ajruporti, sa ajrupani. L-Airbus li ilna snin imdorrijin insiefru fih, jiftakru jibda. JOE MANISCALCO KAPTAN “Kellu ħafna equipment, kellu żewġ auto-pilots, jillandja waħdu, kellu l-kunċett tal-FlyByWire li dak iż-żmien kien għadu ġdid ħafna u ovvjament l-istrumenti kienu fuq screens, ma kinux l-istrumenti fuq id-dgħajjes kif konna nafuhom qabel.” Il-Kaptan tajjar l-aħħar ajruplan fit-tmienja u għoxrin ta’ Lulju lejn Munich fil-Ġermanja. Bid-dmugħ f’għajnejh, emozzjonat iżda kburi bil-karriera li bena u l-legat li ħalla warajh, qalilna li l-aħħar titjira tiegħu kienet mimlija sorpriżi. JOE MANISCALCO KAPTAN “Għamluli ħafna sorpriżi fuq il-flight. Kien hemm min għamilli kannoli u ffirmawli card. L-ikbar sorpriża kienet it-tfal tiegħi. Ma kontx naf, qatgħu ticket u dawn ġew fuq il-flight biex jagħmlu l-flight miegħi. Il-familja tiegħi u t-tfal dejjem kienu ta’ sapport kbir għalija, għall-karriera, u napprezza ħafna li ġew miegħi sal-aħħar.”

Category

Show more

Comments - 2